Saturday, May 31, 2025

Tissokta l-konsultazzjoni pubblika fil-komunita dwar l-ewtanasja volontarja assistita.

Aqra wkoll

It-tieni sessjoni ta’ konsultazzjoni fil-komunita saret il-bieraħ filgħaxija fix-Xewkija Għawdex li għaliha attendew diversi persuni li esprimew il-fehma tagħhomm dwar id-dokument ippubblikat għall-konsultazzjoni pubblika. Persuni minn oqsma differenti nġabru biex jgħidu tagħhom fosthom persuni li esperjenzaw it-tbatija li ġarrbu qrabathom li kienu qed isofru minn marda terminali.

Is-sessjoni tmexxiet mis-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg li f’isem il-gvern qiegħda tippilota dan il-proċess konsultattiv kemm mal-membri tal-pubbliku kif ukoll ma entitajiet u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Matul il-laqgħa hija tenniet l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fil-kura paljattiva. Hawn hi rreferiet għall-istrateġija għat-tisħiħ tal-kura paljattiva li ġie varat propju din is-sena, liema dokument jelenka l-investiment li ser isir matul l-għaxar snin li ġejjin.
Is-Segretarju Parlamentari saħqet kif id-dokument dwar l-ewtanasja volontarja asssisita jagħmilha ċara li l-kura paljattiva tibqa l-prijorità tant li dan id-dokument jiddikjara iswed fuq l-abjad li kull persuna b’mard terminali għandha tkun offruta l-kura paljattiva u ma tistax tkun offruta l-ewtanasja volontarja assistita li t-talba għaliha tista’ isir biss mill-persuna nfisha li ikollha marda terminali u li tkun tissodisfa l-kriterji stabbiliti.
Rebecca Buttigieg spjegat li l-gvern mhux lest jikkunsidra mudelli li hemm f’xi pajjiżi u għalhekk għamel salvagwardji biex din l-għażla tkun biss għal persuni adulti. Żiedet tgħid li d-diżabilità, l-kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali u l-anzjanita qatt ma jistgħu jkunu raġunijiet biex persuna titlob l-ewtanasja volontarja assistita.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li l-gvern ser ikompli jisma l-veduti kollha f’dan il-proċess konsultattiv. Qalet li permezz tas-sit elettroniku facts.gov.mt diġà’ daħlu mat-350 sottomissjoni.

Il-konsultazzjoni ser tibqa’ miftuħa sat-2 ta’ Lulju 2025.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport