Saturday, December 21, 2024

Tite jiċħad li se jsir il-manager il-ġdid ta’ Arsenal

Aqra wkoll

Il-manager tal-Brażil, Tite, ċaħad rapporti li se jkun qed jieħu t-tmun ta’ Arsenal bħala sostitut ta’ Mikel Arteta.

Il-coach ta’ 60 sena għandu jwarrab mill-kariga tiegħu fis-Selecao fi tmiem it-Tazza tad-Dinja tal-2022 u kien rappurtat li kien qed jiġi ssapportjat mid-direttur tekniku Edu bħala s-suċċessur possibbli ta’ Arteta.

Madankollu, Arteta huwa mistenni b’mod wiesa’ li jingħata ftehim ġdid fl-Emirates fost rabtiet ma’ Paris Saint-Germain, u Tite issa talab apoloġija lill-Ispanjol u lill-Arsenal għall-‘gideb’ li ntqal.

“Ninsab imdejjaq għax din l-informazzjoni tixxandar lill-pubbliku u hija gidba. L-informazzjoni hija gidba,” qal Tite.

“Naf ir-responsabbiltà li ġġorr il kariga tiegħi fit-tmun tat-team nazzjonali tal-Brażil. Jiddispjaċini Arsenal, skużani Arteta, dan mhux minnu, ma ġiex minna. M’hemm assolutament xejn.”

Tite issa mexxa 71 partita għall-Brażil – rebaħ 53 minnhom – u t-team tiegħu qiegħed erba’ punti fuq l-Arġentina fil-quċċata tal-klassifika tal-fażi ta’ Kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja CONMEBOL.

Ekonomija

Sport