Nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Diċembru se jitfakkar it-3 anniversarju mill-qtil tat-tabiba Iranjana Aida Rostami. Hija kienet inqatlet mill-Forzi tas-sigurtà ta’ pajjiżha.
Hija kienet ġiet arrestata mill-Forzi Iranjani hekk kif bdiet tagħti kura lid-dimostranti li kienu qegħdin jipprotestaw waqt il-protesta li baqgħet magħrufa bħala “Mahsa Amini”. Din kienet protesta kbira fl-Iran kontra r-reġim tal-pajjiż.
Illum Aida hija eroj għat-tobba kollha madwar id-dinja u anke għal dawk kollha li jaħdmu fl-isptarijiet.

