Friday, November 15, 2024

Titħabbar id-data tal-mixja ta’ Puttinu ta’ din is-sena

Aqra wkoll

It-18-il edizzjoni tal-Mixja b’risq Puttinu Cares se ssir fil-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka (6 ta’ April) u l-Ġimgħa l-Kbira (7 ta’ April).

Din is-sena, il-parteċipanti se jitilqu mill-Pjazza tas-Santwarju fil-Mellieħa f’nofsillejl, jerħulha lejn ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Pjazza tal-Mosta. Ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal-Lija, Wied ta’ Birkirkara, Wied ta’ l-Imsida, max-xatt ta’ Tal-Pietà u ssir il-waqfa fil-Furjana fuq il-Fosos.

Id-distanza hija ta’ madwar 17-il kilometru, u mistennija tieħu bejn wieħed u ieħor madwar ħames sighat.

Id-donazzjoni ta’ €10 tinġabar mill-postijiet tat-tluqu m’hemmx għalfejn dak li jkun jibbukkja biex jieħu sehem.

Se jkun hemm trasport b’xejn, Qabel il-Mixja jibda 10.30 p.m mill-Furjana sal-Mellieħa u lura mill-Furjana għall-Mellieħa wara l-mixja.

Tista’ tibbukkja t-trasport billi ċċempel fuq 99991800 jew billi tħalli messaġġ fuq il-Facebook Page MIXJA GIMGHA L-KBIRA 2023

Ekonomija

Sport