Dame Vera Lynn, il-mara li għenet biex tgħolli l-moral fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija mietet fl-età ta’ 103 snin.
Il-familja tal-kantanta kkonfermat li hi mietet fl-aħħar sigħat mdawra bil-qraba tagħha. Filwaqt li xerrdet din l-aħbar il-familja ddeskrivietha bħala waħda mill-aktar artisti maħbubin fir-Renju Unit.
Dame Vera tibqa’ mfakkra għall-esebizzjonijiet tagħha għat-truppi waqt it-Tieni Gwerra Dinjija f’pajjiżi bħalma huma l-Indja u Burma.