Thursday, March 20, 2025

Titħabbar il-mewt tal-leġġendarju tal-F1 Eddie Jordan

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-eks sid tat-team tal-Formula Wieħed u opinjonista fuq it-televiżjoni, Eddie Jordan, fl-etá ta’ 76 sena. 

L-Irlandiż, li kellu kanċer aggressiv tal-prostata, miet fis-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu.

Stqarrija mill-familja tiegħu qalet: “Huwa b’dieqa profonda li nħabbru l-mewt ta’ Eddie Jordan OBE, l-eks sid tat-tim tal-Formula 1, espert tat-TV u intraprenditur.

“Huwa miet b’mod paċifiku mal-familja maġenbu f’Cape Town, fis-sigħat bikrin tal-20 ta’ Marzu 2025.”

Jordan, li kien magħruf madwar id-dinja għall-karattru ċar u mqareb tiegħu, kiseb suċċess rari bħala sid ta’ team indipendenti.

It-team tiegħu li jġib l-istess isem, kien għamel id-debutt fl-1991,  rebaħ erba’ Grands Prix fil-15-il sena tiegħu fl-isport u fl-1999 resaq viċni li jirbaħ il-kampjonat qabel ma ntlaqat bi sfortuni kbar biex fl-2005 kellu jinbiegħ. 

Aktar tard, Jordan sar espert tat-televiżjoni, fejn il-fehmiet ċari u l-kapaċitá fuq dan l-isport kienu ferm apprezzati. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport