It-Tlieta filgħodu tħabbret il-mewt ta’ Edgar Izzo fl-eta’ ta’ 85 sena.
Izzo kien magħruf fil-qasam tal-waterpolo lokali. Għal diversi snin kien jokkupa l-kariga ta’ teżorier fi ħdan ASA Malta.
Kien ukoll uffiċjal tal-klabb tal-waterpolo ta’ Sliema, fosthom dik ta’ viċi president.
Edgar Izzo huwa wkoll missier il-president ta’ ASA Malta, Karl Izzo.