Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar l-imwiet ta’ ħames anzjani oħrajn waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. B’hekk in-numru ta’ persuni li mietu kaġun tal-virus issa tela’ għal 122.
Fl-ewwel każ anzjan ta’ 76 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 75 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.
Fit-tielet każ anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.
Fir-raba’ każ anzjan ta’ 82 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fil-ħames każ anzjan ta’ 88 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni, biex b’hekk nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.
Intant aktar kmieni llum tħabbar li ġew reġistrati 133 każ ġdid, filwaqt li rkupraw 107 persuna.