Il-football Malti jinsab f’luttu hekk kif illum tħabbret il-mewt ta’ Hugh Caruana, fl-etá ta’ 78 sena, li fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Gzira United, Floriana u Sliema Wanderers.
Huwa beda l-karriera tiegħu mal-Maroons u wara li fl-1963-64 għenhom jirbħu l-promozzjoni tat-Tieni Diviżjoni, fl-istaġun sussegwenti ngħaqad ma’ Floriana fejn għalihom lagħab seba’ staġuni u prattikament rebaħ kull unur li kienet toffri l-logħba domestika.
F’Diċembru 1971, Caruana ffirma ma’ Sliema Wanderers għal erba’ staġuni biex imbagħad reġa’ ngħaqad ma’ Gzira United.
Fil-ħarġa ta’ it-Torċa ta’ għada tingħata tislima lil Caruana.