Matul ilbieraħ filgħaxija tħabbret il-mewt ta’ Joanne Debono Grech, l-eks Sindku Laburista ta’ Birkirkara, fl-għomor ta’ 57 sena.
Joanne hija bint l-eks Ministru Laburista Joe Debono Grech. Hija serviet għal 30 sena fil-Kunsill ta’ Birkirkara, 11-il sena minnhom Sindku.
Għal numru ta’ snin kienet ukoll President tal-Kumitat Laburista fl-istess lokal.
Joanne ħalliet warajha lil żewġha Gino, bintha Yana u n-neputi Ġanni.

