Nhar il-Ġimgħa, ma’ Għawdex kollu ġriet l-aħbar li kien miet Karmenu Caruana li flimkien ma’ ħuħ Pietru kienu għamlu restawr estensiv fuq id-Dgħajsa tal-Latini.
Karmenu kien it-tifel ta’ Gużeppi li kien bena l-aħħar Dgħajsa tal-Latini flimkien ma’ tnejn oħrajn liema Dgħajsa kienet tintuża fi vjaġġi bejn Malta u Għawdex.

