It-Tnejn filgħaxija tħabbret il-mewt tal-eks ġurnalist, Mario Meli, fl-etá ta’ 84 sena.
Huwa kien meqjus fost il-pijunieri tal-ġurnaliżmu f’pajjiżna f’karriera ta’ aktar minn 50 sena. Huwa ħadem ħadem fis-servizzi tax-xandir pubbliku kemm fir-radju kif ukoll fit-televiżjoni iżda huwa wkoll serva fil-ġurnaliżmu stampat.
Fil-fatt ħadem f’diversi pubblikazzjonijiet fosthom Sports Panorama u Arena Sportiva.
Huwa temm il-karriera tiegħu fl-2015.
Barra minn hekk huwa kien referee u okkupa diversi karigi f’assoċjazzjonijiet sportivi.
Dan is-sit joffri l-kondoljanzi lill-familja Meli.