Il-football Maltin jinsab f’luttu kbir meta ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-kit manager tat-team nazzjonali Malti, Mark Piscopo, fl-etá ta’ 52 sena.
Magħruf bħala l-“Lullu” kien bniedem maħbub minn kulħadd għall-kariżma li kellu u għall-karattru ċajtier tiegħu.
Huwa beda jservi dan l-irwol ma’ Floriana taħt il-gwida ta’ Ġużi Schembir “It-Tripolin” tard fis-snin tmenin.
Wara tant żmien huwa mar jaħdem fl-MFA mat-team ta’ taħt il-21 sena fejn imbagħad ġie promoss għall-ewwel skwadra fiż-żmien il-coach nazzjonali John Buttigieg.
Minn dak in-nhar qatt ma ħares lura … sakemm saħħtu battiet ….
Dan is-sit jixtieq jibgħat il-kondoljanzi lill-familjari tiegħu