Saturday, January 4, 2025

Titħabbar il-mewt ta’ Sinisa Mihajlovic

Aqra wkoll

L-eks player tal-Jugoslavja (u tas-Serbja), Lazio u Inter u eks coacgh ta’ AC Milan u Bologna,  Sinisa Mihajlovic, miet fl-età ta’ 53 sena wara li tilef il-ġlieda kontra l-lewkimja.

Mihajlovic ċeda għall-marda tiegħu wara ġlieda ta’ aktar minn tliet snin fejn sa tliet xhur ilu kien għadu qed imexxi lil Bologna. 

Huma miet il-Ġimgħa fi klinika, f’Ruma. 

Mohajlovic lagħab 63 darba u skorja 10 gowls għall-Jugoslavja bejn l-1991 u l-2003 u lagħab għalihom  fit-Tazza tad-Dinja 1998 kif ukoll fil-Euro 2000.

L-aktar li kiseb suċċess fil-karriera tiegħu kien ma’ Lazio fejn dam jilgħab sitt snin għalihom u għenhom jirbħu l-Iscudetto fl-1999/00 u t-Tazza tat-Tazzi Ewropea fl-1998-99.

Imbagħad ma’ Inter rebaħ il-kampjonat Taljan fl-2005-06 kif ukoll erba’ darbiet il-Coppa Italia.

Fi tweet il-Lega Taljana sellmet lil Mihajlovic: “Il-Lega tas-Serie A hija mnikkta ħafna bil-mewt ta’ Sinisa Mihajlovic, ikona tal-football u tal-ħajja. 

“Il-ħsibijiet tagħna kollha jmorru lejn il-familjari tiegħu.”

Ekonomija

Sport