Għadha kemm tħabbret il-mewt tal-kantawtur Toto Cutugno fl-età ta’ 80 sena.
Huwa jibqa’ mfakkar għall-kanzunetta tiegħu ‘L’Italiano’ li fl-1983 kienet daret id-dinja u baqgħet tikkontribwixxi għall-fama tiegħu sal-lum il-ġurnata mad-dinja kollha.
Cutugno li l-isem proprju tiegħu huwa Salvatore miet f’Milan fl-Isptar San Raffaele wara perjodu jissielet marda li fl-aħħar xhur kompliet tiggrava.
Cutugno rnexxielu jirbaħ il-Eurovision Song Contest lura fl-1990 bil-kanzunetta ‘Insieme: 1992’ u l-festival Sanremo darbtejn fost unuri oħra li naqqxulu ismu fost l-aqwa artisti.