Sunday, December 22, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ Walter Smith

Aqra wkoll

Ritratt: Skysports

Tħabbret il-mewt tal-eks manager ta’ Rangers, Everton u Skozja, Walter Smith, fl-età ta’ 73 sena.

Smith kiseb status leġġendarju f’Ibrox, b’21 trofew f’żewġ perjodi li għamluh it-tieni l-aktar coach ta’ Rangers li qatt rnexxa wara Bill Struth.

Huwa rebaħ dawn l-aħħar seba’ titli tad-disgħa konsekuttivi ta’ Rangers fis-snin 90 u rritorna lura f’Ibrox fl-2007.

Bejn dak il-perjodu, huwa ħadem erba’ snin ma’ Everton u tnejn mal-Iskozja qabel ma ġie mħajjar lura mal-klabb ta’ Glasgow.

Fit-tieni avventura tiegħu mal-Gers, huwa rebaħ tliet titli oħra u dehra finali tat-Tazza Uefa, fl-2008.

Il-mewt tiegħu seħħet fl-istess sena li Rangers kisbu l-ewwel titlu mindu rebħuh, fl-2011, li inċidentalment kienu taħt it-tmexxija ta’ Smith. 

Ma’ Rangers huwar rebaħ 10 darbiet il-kampjonat, ħames darbiet l-iScottish Cup, u sitt darbiet l-iScottish League Cup. 

Ekonomija

Sport