Saturday, November 16, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ żewġ anzjani li mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19

Aqra wkoll

In-numru ta’ persuni li mietu kaġun tal-Covid-19 f’pajjiżna telgħu għal 58 wara li fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li żewġ persuni mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 82 sena ddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-25 ta’ Settembru u kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta’ Ottubru. Huwa miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, raġel ta’ 66 sena kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Ottubru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-8 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei fejn miet ilbieraħ.

Fiż-żewġ każijiet il-pazjenti kienu jbatu minn mard kroniku ieħor.

Ekonomija

Sport