Saturday, September 14, 2024

Titħabbar il-mewt tal-attur David Prowse

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-attur ta’ Star Wars David Prowse miet fl-età ta’ 85 sena. L-attur Brittaniku jibqa’ mfakkar għall-ewwel xeni tiegħu fil-karattru ta’ Darth Vader. L-aħbar tal-mewt tiegħu kienet konfermata fi stqarrija maħruġa minn kelliem għall-istess attur li fiha esprimew is-sogħba tagħhom għall-mewt tar-raġel “li kien irnexxielu jiġbed l-attenzjoni ta’ eluf ta’ persuni madwar id-dinja”.

L-aġent tiegħu Thomas Bowington żied ifakkar il-memorja tiegħu bħala l-eroj ta’ dawk li kienu jafuh u ħadmu miegħu, anke jekk fil-films jibqa’ mfakkar għall-partijiet ta’ diversi mostri.

Prowse ħadem il-parti ta’ Darth Vader fil-films oriġinali ta’ Star Wars, iżda il-vuċi tal-karattru tiegħu kienet maħduma minn James Earl Jones.

Fl-aħħar perjodu tal-ħajja tiegħu huwa kien qiegħed jesperjenza problemi ta’ saħħa.

Ekonomija

Sport