“L-attur Eric Dane, magħruf l-aktar għar-rwoli tiegħu f’Grey’s Anatomy u Euphoria, miet inqas minn sena wara li ħabbar id-dijanjosi tiegħu tal-ALS (amyotrophic lateral sclerosis) fl-età ta’ 53 sena.
L-attur kien magħruf b’mod speċjali għar-rwol tiegħu ta’ Cal Jacobs f’Euphoria u Dr Mark Sloan f’Grey’s Anatomy.
Dane ġie dijanjostikat bl-ALS is-sena li għaddiet, u qatta’ ż-żmien tiegħu jqajjem kuxjenza dwar din il-kundizzjoni li tbiddel il-ħajja.
“B’qalb tqila naqsmu li Eric Dane miet nhar il-Ħamis waranofsinhar wara battalja kuraġġuża mal-ALS,” qal stqarrija mill-familja tal-attur.
“Se jinħass ħafna n-nuqqas tiegħu u dejjem jibqa’ mfakkar b’imħabba. Eric kien iħobb ħafna lill-partitarji tiegħu u jibqa’ għal dejjem grat għall-imħabba u s-sapport li rċieva,” żiedet l-istqarrija.
Nibagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u lill-maħbubin tiegħu.”

