Wednesday, January 14, 2026

Titħabbar il-mewt tal-eks Deputat Laburista t-Tabib Paul Chetcuti Caruana

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-Tabib Paul Chetcuti Caruana, li kien Membru Parlamentari tal-Partit Laburista u eks Sindku fil-Mosta.

Huwa kien serva bħala Membru Parlamentari mal-Partit Laburista bejn l-1976 u l-1981.

Fit-28 ta’ Diċembru tal-1977, fl-eqqel tal-istrajk tat-tobba, it-Tabib Chetcuti Caruana kien rċieva ittra bomba, li fortunatament ma splodietx.

Dakinhar stess, it-Tabib Edwin Grech kien ukoll irċieva ittra bomba f’daru f’San Ġwann. Dakinhar kienet inqatlet lit-tfajla Karin Grech ta’ 15-il sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport