Tħabbret il-mewt ta’ Patri Elija Vella, eżorċista ewlieni f’pajjiżna u anke fix-xena internazzjonali. Dan hekk kif għal diversi snin, fix-xogħol tiegħu huwa kien ġie wiċċ imb wiċċ max-xitan.
Huwa kien ilu għal bosta snin jiġġieled is-sataniżmu u l-okkult waqt li ppubblika diversi kotba dwar dan is-suġġett.
Elija kien Patri Franġiskan Konventwali u kienet proprju l-Ordni msemmija li ħabbret din l-aħbar ta’ swied il-qalb permezz ta’ post fuq il-midja soċjali.