Thursday, December 26, 2024

Titħabbar il-mewt tal-goalkeeper leġġendarju Olandiż Jan Jongbloed

Aqra wkoll

Il-goalkeeper Olandiż li kien finalista f’żewġ finali tat-Tazza tad-Dinja bħala parti mit-timijiet famużi “Clockwork Orange” fis-snin 70, miet nhar il-Ħamis fl-eta’ ta’ 82 sena.

Minkejja li kienu wieħed mit-timijiet dominanti ta’ dik l-era, l-Olanda tilfu finali wara xulxin kontra l-pajjiżi ospitanti tat-Tazza tad-Dinja – 2-1 kontra l-Ġermanja tal-Punent fl-1974 u 3-1 kontra l-Arġentina fl-1978, f’dik li kienet l-aħħar dehra internazzjonali ta’ Jongbloed. Huwa lagħab 24 għall-Olanda.

Bħala parti minn dak it-team dominanti Olandiż li spiss kien jinkludi lil Johan Cruyff, Jongbloed waqqaf rekord li għadu jeżisti sal-lum ta’ 683 minuti għall-Olanda mingħajr ma sofra goal.

Jongbloed lagħab il-biċċa l-kbira tal-karriera professjonali tiegħu mal-club ta’ Amsterdam DWS – li aktar tard saru FC Amsterdam – u mbagħad deher għal Roda JC Kerkrade u Go Ahead Eagles.

Huwa rtira fl-età ta’ 44 sena wara 717 partita. L-aħħar dehra tiegħu għamlitu l-ixjeħ player li qatt deher f’partita professjonali Olandiża.

Iben Jongbloed, Eric, li kien ukoll goalkeeper għal DWS, inqatel minn sajjetta waqt partita fl-1984.

Ekonomija

Sport