Sunday, November 24, 2024

Titħabbar il-mewt tal-Isqof Emeritu Paul Darmanin

Aqra wkoll

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-Isqof Emeritu Paul Darmanin li kien iservi fid-Djoċesi ta’ Garissa fil-Kenja bejn l-1984 u l-2015.

L-Isqof Emeritu kien jagħmel parti mill-Ordni Franġiskani Kapuċċini u miet fl-età ta’ 82 sena. Wara li temm il-missjoni tiegħu fil-Kenja hu rtira Malta fejn kien jgħix il-kunvent tal-Franġiskani Kappuċċini fil-Furjana.

L-Isqof Darmanin twieled f’Santa Venera fis-6 ta’ Novembru tal-1940. Kien ingħaqad mal-Ordni Franiskana Kapuċċini fejn fis-sena 1966 kien ġie ordnat saċerdot.

Kien fi Frar tal-1984 meta San Papa Ġwanni Pawlu II kien ħatru Isqof biex imexxi d-Djoċesi ta’ Garissa fl-Kenja. Kien ġie ordnat Isqof mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca.

Skont kif tgħid il-liġi Kanonika, hu kellu joffri r-riżenja tiegħu lil Papa Franġisku fl-2015 hekk kif laħaq l-età ta’ 75 sena.

Sport