Il-Ħadd filgħodu tħabbret il-mewt tal-jockey leġġendarju, Lester Piggott, fl-etá ta’ 86 sena.
Huwa jitqies bħala wieħed mill-aqwa jockeys ta’ kull żmien tas-seklu 20 hekk kif rebaħ xejn inqas minn disa’ derbies. Huwa kien ukoll il-jockey favorit tar-Reġina Eliżabbetta.
F’karriera ta’ 46 sena, Piggott rebaħ 4,493 tellieqa.
Huwa miet fi sptar fi Svizzera wara marda twila.