Tħabbret il-mewt tal-kantant Joe Grech fl-età ta‘ 90 sena. Huwa kien miżżewweġ lil Josephine u missier ta’ tifla waħda.
Il-kantant Bormliż jibqa’ magħru l-aktar għall-introduzzjoni tal-kant tal-Ilsien Malti lill-udjenza internazzjonali, l-aktar bil-parteċipazzjoni tiegħu fil-Eurovision Song Contest lura fl-1971.
Bil-kanzunetta “Marija l-Maltija” li rebħet il-festival lokali huwa kien l-ewwel Malti li rrappreżenta lil pajjiżna f’dan il-festival. Minn hemm kellu opportunitajiet varji barra minn xtutna fejn kellu l-opportunità li jkanta fil-Kanada, fl-Amerika, fl-Awstralja, fl-Irlanda, fl-Iskozja u fl-Ingilterra.
Ħames snin ilu, Grech kien ingħata l-midjalja għall-Qadi tar-Repubblika mill-President ta’ dak iż-żmien George Vella.
Il-UnionPrint issellem il-memorja ta’ Joe Grech, filwaqt li tagħti l-kondoljanzi lill-familja tiegħu.