Saturday, December 28, 2024

Titħabbar il-mewt tal-leġġendarju Andreas Brehme

Aqra wkoll

Andreas Brehme, li skorja l-gowl tar-rebħa tal-Ġermanja tal-Punent fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1990, miet fl-età ta’ 63 sena.

Id-difensur xellugi skorja l-penalty deċiżiv fil-85 minuta hekk kif it-team immexxi mill-coach Franz Beckenbauer għeleb lill-Arġentina 1-0 f’Ruma.

Brehme lagħab 86 darba għall-Ġermanja matul il-karriera tiegħu ta’ plejer u għal Kaiserslautern, Bayern Munich u Inter Milan fost oħrajn fil-livell ta’ club.

Il-media Ġeramaniża rrapportat li Brehme miet it-Tnejn filgħaxija fi Munich wara li sofra minn attakk ta’ qalb. 

Brehme ddaħħal b’urġenza  fi klinika fuq qrib l-appartament tiegħu, iżda sfortunatament ma setax jiġi salvat.

Ekonomija

Sport