Sunday, December 29, 2024

Titħabbar il-mewt tal-leġġendarju Bobby Charlton

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-leġġendarju tal-Ingilterra u ta’ Manchester United, Bobby Charlton, fl-età ta’ 86 sena wara battalja mad-dimenzja.

Huwa lagħab 758 partita mar-Red Devils  u lagħab 106 darbiet  għal pajjiżu.

Huwa twieled f’Ashington, Northumberland, fil-11 ta’ Ottubru, 1937,  u huwa meqjus b’mod ġenerali bħala wieħed akbar players li qatt rat l-Ingilterra fejn kien parti wkoll mit-team rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1966.

Wara mewtu, Geoff Hurst – li famużament skorja hat-trick fir-rebħa tal-Ingilterra ta’ 4-2 fuq il-Ġermanja tal-Punent f’Wembley – issa huwa l-uniku membru tat-team li għadu ħaj. L-eks difensur lemini Ingliż, George Cohen, miet fl-età ta’ 83 sena f’Diċembru.

Stqarrija mill-familja ta’ Sir Bobby kienet tgħid: “Huwa b’niket kbir  li naqsmu l-aħbar li Sir Bobby għadda għall-mistrieħ ta’ dejjem fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu.” 

Fi stqarrija, Manchester United qalu li jinsabu mnikkta wara li miet wieħed mill-akbar u l-aktar plejers għeżież fl-istorja tal-club.

Ekonomija

Sport