Wednesday, December 25, 2024

Titħabbar il-mewt tal-leġġendarju George Cohen

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-leġġendarju, Goerge Cohen, fl-etá ta’ 83 sena … rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja 1966 mal-Ingilterra. 

Dan id-difensur lemini lagħab kull minuta tas-sitt logħbiet fit-tournament tal-1966 u kien viċi-captain fir-rebħa ta’ 4-2 fuq il-Ġermanja tal-Punent fil-finali ta’ Wembley.

Cohen, li qatta’ l-karriera kollha tiegħu  ma’ Fulham, lagħab 37 darbiet għall-Ingilterra. 

Sir Geoff Hurst li dak in-nhar skorja l-ewwel hat-trick f’finali tat-Tazza tad-Dinja qal:

“Inħossni mnikket ħafna bl-aħbar tal-mewt ta’ Cohen. Huwa kien player u raġel ġentlom fejn kien igawdi r-rispett ta’ kulħadd. It-telfa tiegħu se tinħass ħafna u ħsibijietna jmorru lejn il-mara Daphne u l-familja tiegħu.

Wara l-mewt ta’ Cohen issa fadal biss Hurts u Bobby Charlton ħajjin mill-finali tal-1966. 

Ekonomija

Sport