L-eks player ta’ Milan, Giovanni Lodetti, midfielder Taljan u wieħed mill-aktar figuri importanti tar-Rossoneri fis-snin 80, miet fl-età ta’ 81 sena.
Midfielder difensiv qsajjar, Lodetti għamel 216-il dehra fil-kampjonat ma’ Milan, skorja 16-il gool bejn l-1961 u l-1970, qabel ma mar għal erba’ staġuni ma’ Sampdoria, tnejn oħra f’Foggia, u finalment temm il-karriera tiegħu f’Novara fl-1978.
Ma’ Milan Lodetti rebaħ kollox: żewġ kampjonati, żewġ Tazzi Ewropej, it-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazza, it-Tazza Inter-Kontinentali u l-Coppa Italia.
Lodetti lagħab ukoll 17-il logħba internazzjonali mal-Italja bejn l-1964 u l-1968. Huwa kien jagħmel parti mit-team tat-Tazza tad-Dinja tal-1966, qabel għen lill-Azzurri jirbħu l-Kampjonat Ewropew, f’pajjiħu stess fl-1968.