Tħabbret il-mewt tal-leġġendarju, Trevor Francis, li miet fl-età ta’ 69 sena fid-dar tiegħu f’Marbella.
Huwa kien l-ewwel player fl-Ingilterra li nbiegħ għal £1 miljum meta ngħaqad ma’ Nottingham Forest mingħand Birmingham, fl-1978.
Huwa kien strumentali biex, fl-1979, għen lit-team tal-Forest li kien immexxi mill-coach Brian Clough, jirbħu t-Tazza Ewropea meta fil-finali għelbu lil Malmo bl-iskor ta’ 1-0 fejn hu skorja l-uniku goal fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima.
Huwa lagħab ukoll ma’ Manchester City, Sampdoria, Atalanta, Rangers, Queen’s Park Rangers u Sheffield Wednesday.
Francis miet fl-appartament tiegħu f’Marbella fi Spanja fejn qed isir tentattiv biex il-katavru tiegħu jiġi ripatrijat lejn l-Ingilterra.
Huwa maħsub li dan il-leġġendarju sofra attakk tal-qalb.