Sunday, April 6, 2025

Titħabbar il-mewt tal-leġġendarju Willie Vassallo

Aqra wkoll

Il-football Malti jinsabu f’luttu hekk kif il-Ħadd tħabbret il-mewt tal-midfielder leġġendarju WILLIE VASSALLO fl-etá ta’ 75 sena.

Bla dubju, huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa players li lagħab fil-kampjonat domestiku. 

Imwieled il-Gżira, nhar l-14 ta’ Settembru, 1949, huwa għamel id-debutt ma’ Floriana, fl-istaġun 1966-67, u fil-kampjonat magħhom lagħab 165 partita u skorja goal fejn rebaħ kull unur li joffri l-football Malti.

Mat-team nazzjonali huwa lagħab 28 partita u skorja żewġ goals. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport