Friday, April 3, 2026

Titħabbar il-mewt tal-mużiċist u awtur Edmond Zarb

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-pjanist u awtur Edmond Zarb fl-età ta’ 81 sena.

Zarb minn Birkirkara kien magħruf sew għat-talent tiegħu bħala pjanista fejn għal aktar minn 30 sena kien idoqq f’lulanda ewlenija f’pajjiżna. 

Huwa kien ukoll kiteb kanzunetti għal kantanti lokali Renato, Doreen Galea u Catherine Vigar.

Kien ukoll awtur ta’ diversi kotba bil-Malti b’mod partikolari Rumanzi fejn diversi kotba minn tiegħu kienu jinqraw saħansitra fuq ir-radju, bħal fost oħrajn ir-rumanz Emma. Kien l-awtur ukoll tar-rumanz Tgħanniqa Mal-Mewt li kien inħadem bħala drama fuq it-televiżjoni.

Edmond Zarb se jingħata l-aħħar tislima nhar it-Tlieta 7 ta’ April fid-930hrs ta’ filgħodu fil-Parroċċa ta’ Santa Venera.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport