Thursday, December 26, 2024

Titħabbar il-mewt tal-President tal-PE David Sassoli

Aqra wkoll

David Maria Sassoli li għal dawn l-aħħar sentejn u nofs serva bħala President tal-Parlament Ewropew, miet kmieni lbieraħ filgħodu fi sptar f’Aviano, l-Italja. Huwa kellu 65 sena u kien iddaħħal l-isptar fis-26 ta’ Diċembru ibati minn mard serju fosthom pneumonia. Minn Settembru li għadda lil hawn huwa ddaħħal diversi darba l-isptar.

Sassoli kien beda l-karriera tiegħu bħala ġurnalista l-iktar tal-aħbarijiet televiżivi mnejn imbagħad għadda biex daħal fil-politiku mal-partit Demokrartiku tax-Xellug Taljan. Huwa kien ukoll elett membru tal0-parlament ewropew fl-2009.

Huwa miet ftit jiem biss wara li skada l-perijodu tiegħu ta’ sentejn u nofs bħala President tal-Parlament Ewropew.  

Sassoli qatta’ ħafna mill-mandat tiegħu ta’ sentejn u nofs imexxi l-parlament fid-diffikultajiet straordinarji tal-pandemija tal-coronavirus, li effettivament ħarbtet ix-xogħol tal-Parlament Ewropew fi Brussell u Strasbourg.

Huwa kien strumentali fin-negozjati iebsa li saru dwar il-baġit fit-tul tal-Unjoni Ewropoea li witta t-triq għall-ħolqien ta’ baġit storiku ta’ 1.8 triljun ewro u pakkett ta’ rkupru li jinkludi kemm finanzjament tradizzjonali kif ukoll id-dejn bla preċedent konġunt.

David Maria Sassoli Sassoli kien magħżul Prtesident tal-parlament f’Lulju 2019 wara li l-kapijiet ta’ stat u gvernijiet tal-Unjoni Ewropea għażlu lista għall-ogħla impjiegi wara l-elezzjonijiet ewropej ta’ dik is-sena.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm l-MEP Cyrus Engerer li fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook kiteb li “Ħalliena il-President tal-Parlament Ewropew. David Sassoli kien progressiv ta’ veru li mexxa l-Parlament Ewropew fl-iktar żmien diffiċli b’kuraġġ u determinazzjoni.”

Ekonomija

Sport