Wednesday, August 6, 2025

Titħabbar sejħa għal żewġ Imħallfin u żewġ Maġistrati

Aqra wkoll

L-applikanti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta’ Malta u li jesprimu l-interess tagħhom jiġu evalwati mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, stabbilit skont l-Artikolu 96A tal-Kostituzzjoni.

Wara dan il-proċess ta’ evalwazzjoni, il-President ikun intitolat jeleġġi Imħallef jew Maġistrat minn fost il-lista ta’ kandidati rrakkomandati mill-Kumitat.

B’hekk fi tmiem dan il-proċess, il-korp tal-ġudikatura se jkun qiegħed ikompli jissaħħaħ. Din hija konferma tal-impenn lejn ġustizzja aktar effiċjenti u aktar speċjalizzazzjoni. Dan hekk kif f’Mejju li għadda nħatru żewġ Maġistrati oħra.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard saħaq li din iż-żieda fil-ġudikatura tikkomplementa r-riformi kontinwi li qegħdin isiru u prova oħra ta’ kemm il-Gvern huwa kommess li jinvesti fil-qasam tal-ġustizzja biex ikompli joffri l-għodod neċessarji bil-għan li tiżdied l-effettività u l-effiċjenza fil-Qrati tagħna.

Dawk interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom bid-dokumenti kollha sa mhux aktar tard mit-Tlieta 26 ta’ Awwissu, 2025, sa 12:00pm lis-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport