Monday, December 23, 2024

Titħassar iċ-ċelebrazzjoni tal-aħħar tas-sena f’Londra biex jipproteġu s-saħħa pubblika

Aqra wkoll

Iċ-ċelebrazzjoni tal-aħħar tas-sena li kellha sseħħ fi Trafalgar Square ġewwa Londra ġiet imħassra minħabba żieda rekord fil-każijiet tal-Covid-19, b’mod speċjali fl-isfond tas-sitwazzjoni marbuta mal-varjant Omicron.

Kien is-Sindku Sadiq Khan li nhar it-Tnejn filgħaxija ħabbar li l-avveniment mhux se jsir biex jipproteġu s-saħħa pubblika.

Dan hekk kif ir-Renju Unit irrapporta aktar minn 90,000 każ ġdid ta’ Covid-19 għat-tielet darba f’perjodu ta’ sebat ijiem biss.

Waqt li ħabbar dan, is-Sindku tal-lokal qal: “B’infezzjonijiet tal-Covid-19 f’livelli rekord madwar il-belt tagħna u r-Renju Unit, ninsab determinat li naħdem mill-qrib mal-imsieħba fil-belt tagħna biex nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inaqqas it-tixrid tal-varjant il-ġdid.”

Għalhekk qal li mhux se jkomplu fit-tħejjijiet tagħhom biex isir l-avveniment għal 6,500 ruħ tal-aħħar tas-sena fi Trafalgar Square. Filwaqt li rrikonoxxa l-fatt li din l-aħbar se tkun ta’ diżappunt għal ħafna nies, sostna dwar l-importanza li jieħdu din id-deċiżjoni bil-għan li jnaqqsu t-tixird tal-virus.

Ekonomija

Sport