Il-Papa Franġisku ħabbar li għadha kemm ġiet ikkanċellata l-laqgħa li kien se jkollu f’Ġunju li ġej mal-Mexxej tal-knisja Ortodossa Russa, Patriarch Kirill. Il-laqgħa kienet se ssir f’Ġerusalemm.
F’intervista mal-midja Arġentina, il-Papa qal li ngħata parir mill-Vatikan illi fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti jkun aħjar jekk ma ssirx din il-laqgħa sabiex tiġi evitata li tinħoloq xi tip ta’ konfużjoni.
Kirill kien wieħed minn dawk li appoġġjaw l-azzjonijiet li wettqu r-Russi fl-Ukrajna, filwaqt li l-Papa ħa pożizzjoni opposta.
Il-Papa u Kirill s’issa ltaqgħu f’okkażjoni waħda biss matul ħajjithom, fl-2016.