Saturday, December 21, 2024

Titjib fil-kodiċi tal-ilbies f’200 skola pubblika f’Tokyo

Aqra wkoll

Għal għexieren ta’ snin, li tkun studenta f’Tokyo ma kinitx faċli għaliex l-istudenti li jattendu l-iskejjel pubbliċi riedu jimxu mal-kodiċi tal-ilbies li tinkludi dawn it-tliet punti prinċipali fost oħrajn: (i) l-istudenti jridu jiżbgħu xagħarhom iswed, (ii) ċerti stili ta’ xagħar huma pprojbiti, u (iii) il-ħwejjeġ ta’ taħt riedu jkunu ta’ kulur partikolari.

Dawn ir-regoli tpoġġew taħt skrutinju u kien hemm kritika kbira dwarhom. Infatti, mill-1 t’April li ġej, madwar 200 skola pubblika fil-kapitali Ġappuniża, se tkun qed tneħħi ħames regoli; tlieta minnhom huma dawk li ssemmew hawn fuq. Tokyo mhix l-unika belt b’sistema daqshekk stretta dwar l-ilbies. Infatti hemm għadd ta’ skejjel oħra madwar il-pajjiż b’regoli simili, fosthom li jordnaw lill-istudenti sabiex jilbsu kalzetti u żraben ta’ kulur partikolari.

Il-problema ngħatat l-iżjed prominenza fl-2017, meta studenta tal-iskola sekondarja f’Osaka stqarret li minħabba li l-kulur naturali ta’ xagħarha huwa kannella, hija ġiet imġiegħla tiżbgħu iswed u kienet mgħarrfa li trid tibqa’ tiżbgħu kull metajerġa’ jfeġġ fil-wiċċ il-kulur naturali ta’ xagħarha. Din l-istudenta spiċċat għamlet ħafna ħsara lil xagħarha u l-qurriegħa ta’ rasha, u saħansitra sofriet minn tbatija mentali. Hija ħarrket lill-iskola u s-sena l-oħra ngħatat 330,000 yen (madwar $2,790) bħala kumpens għad-danni li sofriet.

Permezz ta’ dan il-każ, numru ta’ studenti u familji oħrajn sabu l-kuraġġ u esprimew l-ilmenti tagħhom. B’konsegwenza t’hekk għadd ta’ skejjel wettqu tibdiliet fil-kodiċi tal-ilbies.

Ekonomija

Sport