Friday, December 27, 2024

Titjib fil-pagi u l-kundizzjonijiet għall-Pulizija

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li ntlaqa’ ftehim settorjali ġdid mal-membri tal-Korp tal-Pulizija wara taħditiet mal-unions tal-Pulizija. Dan wara li t-Tnejn filgħxija, wara diversi xhur ta’ taħditiet, il-Pulizija approvat il-ftehim il-ġdid. 

Fuq il-mezzi tal-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela irrimarka li l-Gvern minn dejjem kien u se jibqa’ jinvesti fis-sigurtá tal-komuniitajiet Maltin u Għawdxin. Qal ukoll li biex dan iseħħ, jeħtieġ li jsir investiment fir-riżorsi umani. 

Dr Abela qal li l-istess ftehim se jtejjeb il-pagi u l-kundizzjonijiet tal-membri tal-Korp tal-Pulizija. Qal, li dan huwa ftehim li minnu se tgawdi anki l-komunità kollha. Minbarra l-Prim Ministru, rigward dan is-suġġett kiteb ukoll il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri. 

Il-Ministru Camilleri qal li l-ftehim settorali l-ġdid li kien approvat għall-pulizija mill-ħaddiema u l-unjins wasal wara diversi xhur ta’ ħidma. Il-Ministru Camilleri spjega li dan ifisser li “se nkunu qed nerġgħu ntejbu l-kundizzjonijiet u d-drittjiet tal-pulizija li huma fdati bis-sigurtà tal-komunitajiet tagħna.” 

Ekonomija

Sport