Friday, November 15, 2024

Titjira tal-Air Malta lejn Berlin kellha tagħmel inżul t’emerġenza fl-Italja

Aqra wkoll

It-titjira tal-Air Malta KM376 li telqet minn Malta lejn il-kapitali Ġermaniża Berlin aktar kmieni llum kellha tagħmel inżul t’emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Federico Fellini, f’Rimini fl-Italja.

Dan l-inżul t’emerġenza seħħ wara li l-ajruplan ġarrab ħsarat tekniċi u l-piloti ddeċidew li jkun fl-aħjar interess tal-passiġġier li jinżlu fl-eqreb ajruport.

Il-passiġġier kollha li kien hemm abbord ingħataw l-assistenza neċċessarja kif ukoll ittieħdu lejn lukanda biex ikunu jistgħu jagħmlu l-lejl hemm.

Fi stqarrija l-linja tal-ajru Maltija qalet li qed taħdem bis-sħiħ biex issib soluzzjoni għal passiġġieri biex jaslu fid-destinazzjoni tagħhom mill-aktar fiss.

Aktar minn hekk, it-titjira KM377 li kellha titlaq minn Berlin lura lejn Malta, u għalhekk jintuża l-istess ajruplan ġiet skedata għal ħin ieħor.

L-Air Malta fl-istqarrija temm tgħid li jiddispjaċiha ferm għall-inkonvinjejt li sofrew il-passiġġieri, iżda l-prijorità tagħha hija s-sigurtà għal istess passiġġieri, piloti u membri tal-ekwipaġġ.

Ekonomija

Sport