Friday, December 13, 2024

Titkellem il-mara ta’ Becker wara li weħel 30 xahar ħabs

Aqra wkoll

Il-mara ta’ Boris Becker kisret is-silenzju wara li l-leġġendarju tat-tennis kien ikkundannat sentejn u nofs ħabs talli ħeba assi u self b’valur ta’ £2.5 miljun biex jevita li jħallas id-djun tiegħu.

Waqt li kienet qed titkellem fuq l-programm televiżiv Uncensored ta’ Piers Morgan nhar it-Tlieta li għadda, il-mudella Olandiża, Lilly Becker, ta’ 45 sena, qalet li ħassitha kompletament imkissra wara l-għoti tas-sentenza. Hija żiedet tgħid li “Ma stajtx nemmen dak li kont qed nisma’ għax kont konvinta, sakemm l-imħallef għamlet il-verdett tagħha, li kien se jingħata sentenza mhux daqshekk ħarxa. Kelli nesperjenza dak kollu u ma nafx kif irnexxieli.”

Lilly qalet lil Morgan li Boris qed “jipprova jagħmel tajjeb u tajjeb kemm jista’ jkun”, qabel ma kkonkludiet li l-ħabs “mhuwiex eżattament lukanda ta’ ħames stilel hux?”

Iċ-champion tal-Grand Slam għal sitt darbiet fil-karriera tiegħu ittieħed fil-ħabs ta’ Wandsworth nhar il-Ġimgħa wara li ngħata sentenza ta’ 30 xahar minn Southwark Crown Court.

Fil-Qorti Boris kien akkumpanjat mis-sieħba attwali tiegħu, Lilian de Carvalho Monteiro. Il-koppja bdew joħorġu flimkien fl-2020.

Ekonomija

Sport