Friday, October 31, 2025

Titlesta fażi tal-proġett infrastrutturali tal-Imsida Creek

… Il-pont li jgħaqqad Ta’ Xbiex mal-Pieta jinfetaħ għal vetturi mill-Ħadd li ġej 

Aqra wkoll

Wara sena minn meta beda x-xogħol fuq il-proġett tal-Imsida Creek, minn nhar il-Ħadd 2 ta’ Novembru, se jibda jintuża il-pont ġdid li jgħaqqad ix-xatt ta’ Ta’ Xbiex ma’ dak tal-Pietà. B’tul ta’ 14-il metru, dan il-pont jimmarka t-tlestija tal-ewwel fażi tal-proġett li mhux biss ser joffri konnettività iżda ser iservi wkoll bħala l-bokka tal-kanal tal-ilma li qed jiġi iffurmat bl-għan li tiġi indirizzata l-problema tal-għargħar sinonima maż-żona. Din it-triq ġdida b’żewġ kareġġjati ser tiffaċilita t-tibdil tar-rotot preżenti biex il-proġett ikun jista’ għal fażi li jmiss, inkluż il-ħolqien ta’ pjazza ġdida ta’ 2,200 metru quddiem il-knisja parrokkjali. 

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett spjega kif dan l-investiment fl-infrastruttura qed iseħħ grazzi għall-ekonomija b’saħħitha li għandu l-pajjiż. Huwa qal li dan il-proġett mhux biss huwa maħsub biex itejjeb il-konnettività għal vetturi permezz ta’ toroq ġodda iżda huwa wkoll proġett li jagħti prijorità lill-komunità. “Dan mhux biss intervent fuq triq. Dan huwa investiment fil-kwalità tal-ħajja tan-nies, proġett li ser joħloq spazji miftuħa għall-mixi, għar-roti u għall-attività fiżika fejn il-familji jistgħu jqattgħu ħin flimkien. Il-proġett tal-Imsida Creek huwa eżempju ċar tal-ġid li qed nagħmlu grazzi għal ekonomija li qed tikber u li kapaċi tinvesti f’proġetti ta’ valur għal-lum u għal ġenerazzjonijiet ta’ għada” temm jgħid il-Ministru Bonett.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Steve Ellul spjega li x-xogħol fuq il-proġett qiegħed isir b’attenzjoni kbira biex kemm jista’ jkun jitnaqqas l-inkonvenjent. Huwa saħaq li devjazzjonijiet u xogħlijiet maġġuri qegħdin isiru fi tmiem il-ġimgħa jew bil-lejl, b’komunikazzjoni ċara minn qabel mar-residenti u s-sewwieqa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport