Monday, December 23, 2024

Titlesta Mdina Road f’Ħal Qormi b’investiment ta’ €700,000

Aqra wkoll

L-aġenzija Infrastructure Malta lestiet Mdina Road f’Ħal Qormi b’investiment ta’ €700,000, ħabbar il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg.

“Waħda mill-prijoritajiet ta’ dan il-gvern tibqa’ s-sigurtà tan-nies u b’hekk qed naraw li permezz tax-xogħlijiet li għamilna kemm fuq din it-triq kif ukoll fuq il-proġetti infrastrutturali kollha li saru u li qed isiru, is-sigurtà tibqa’ prijorità. Kif kienet, din it-triq kienet faċli li jseħħu inċidenti u b’hekk ħtafna l-opportunità sabiex din il-possibilità neliminawha kemm jista’ jkun. Apparti hekk, permezz ta’ din il-ħidma, se nkunu qed innaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar u allura nnaqqsu l-emissjonijiet li kienu jkunu kkawżati minħabba konġestjoni tat-traffiku. Bħalissa għaddejja ħidma intensiva fit-toroq li se ssarraf għal nuqqas kbir fil-ħin tal-ivvjaġġar tal-Maltin u tal-Għawdxin. Insemmi s-Central Link li 90% tal-proġett huwa lest. B’hekk, inħares ’il quddiem sabiex naraw li dan il-proġett infrastrutturali li tant kien ilu mistenni u mixtieq jiġi mwettaq fil-ħin ħalli l-poplu jkompli jgawdi minn infrastruttura tat-toroq tal-ogħla kwalità u tal-aqwa effiċjenza”, qal il-Ministru Ian Borg.

Mdina Road hija waħda mill-itwal toroq arterjali li hija użata ta’ kuljum minn bosta utenti. L-aġenzija Infrastructure Malta wettqet bosta xogħlijiet fuq din it-triq fosthom il-bini mill-ġdid tat-tappieri tad-drenaġġ tal-karreġġjata li ħafna minnhom kienu spiċċaw, saru tiswijiet ta’ uħud mill-mogħdijiet tagħha u l-ħitan tal-konfini, u saret organizzazzjoni mill-ġdid tal-ispazji tal-parkeġġ fit-toroq taż-żona. L-aġenzija lestiet il-proġett bit-tqegħid ta’ madwar 2,000 tunellata ta’ asfalt u line markings ġodda.

Ekonomija

Sport