Saturday, February 7, 2026

Titlesta Triq Ta’ Mannar, ix-Xagħra – ir-raba’ triq residenzjali minn mija mwegħdin fi 3 snin għal Għawdex

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li tlestiet Triq Ta’ Mannar fix-Xagħra, li hija r-raba’ mill-mitt triq residenzjali ġodda mwiegħda għat-3 snin li ġejjin f’Għawdex fil-Budget 2026.

Fi Triq Ta’ Mannar, ix-Xagħra ngħata madwar 2,500 metru kwadru ta’ tarmak wara li nbidlu s-servizzi tal-ilma permezz ta’ żewġ mejnijiet ġodda, tpoġġa l-high tension cable tal-Enemalta kif ukoll inbidlet parti sostanzjali tad-drenaġġ ta’ din ż-żona. 

Il-Ministru Clint Camilleri qal li, “Ser inkomplu naħdmu sabiex flimkien anke mal-entitajiet konċernati, bħalma huma l-Water Services Corporation u l-Enemalta, inkunu qed insaħħu l-infrastruttura tas-servizzi, kemm tad-dawl kif ukoll tal-ilma u nkunu wkoll qegħdin nagħtu wiċċ ġdid, u b’hekk toroq ġodda, lir-residenti tagħna. Dak li għamilna hawnhekk ġewwa Ta’ Mannar ser inkomplu nagħmluh sabiex il-wegħda li tajna li nkunu qed inwettqu mitt triq fit-tliet snin li ġejjin tkun qiegħda titwettaq fil-ħin.”

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tax-Xagħra Victor Curmi rringrazzja lill-ministeru filwaqt li qal li proġetti bħal dawn jagħmlu differenza konkreta fil-kwalità tal-ħajja tan-nies u juru impenn ċar lejn l-komunità.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri temm jgħid li dan il-gvern huwa kommess li jkompli jwettaq dak li jwiegħed għall-ġid tal-poplu tagħna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport