Titneħħa Struttura Illegali f’Tas-Sliema wara Azzjoni ta’ Infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar

Aqra wkoll

Wara l-ħruġ ta’ avviż ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar, tneħħiet struttura illegali li kienet tikkonsisti f’tinda, flimkien ma’ mwejjed u siġġijiet, li kienu tpoġġew fuq art pubblika quddiem stabbiliment tal-ikel f’Tas-Sliema.

L-intervent seħħ wara li l-Awtorità ħarġet l-avviz ta’ infurzaw u stqarrija pubblika li permezz tagħha ordnat it-tneħħija immedjata tal-istruttura mhux awtorizzata, filwaqt li indikat li, fin-nuqqas ta’ konformità mill-persuni responsabbli, il-proċeduri ta’ infurzar kienu ser jiġu eskalati skont il-qafas legali applikabbli, inkluż permezz ta’ azzjoni diretta fejn meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità.

Fl-istess stqarrija l-Awtorita kienet irrijaffermat l-impenn u l-funzjoni regolatorja tagħha, biex tissalvagwardja l-interess pubbliku, tindirizza l-iżvilupp illegali u tiżgura li l-azzjoni ta’ infurzar titwettaq b’mod effettiv.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport