Saturday, November 23, 2024

Titnieda l-inizjattiva ‘Feeding Communities: Beyond education, being human’ bil-għan li tgħallem il-ħila tat-tisjir fit-tfal

Aqra wkoll

‘Feeding Communities: Beyond education, being human’ hija inizjattiva li tnediet is-Sibt filgħodu  fil-Palazz tal-Verdala. Sitt itfal minn istituzzjonijiet differenti madwar il-pajjiż ingħaqdu flimkien  ma’ erba’ kokijiet biex iħejju pasti tal-Milied.  

Din kienet l-ewwel sessjoni u waħda speċjali għal dawn iż-żminijiet ta’ festi qabel ma jingħata bidu  għal kors ta’ sitt sessjonijiet konsekuttivi b’inizjattiva tal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta flimkien  ma’ Thomas Franks Ltd.  

B’kollox tħejjew tletin pasta bit-tema tal-Milied, erbgħa minn kull tifel u tifla li għandhom bejn tnax u ħmistax-il sena.  

F’kelmtejn waqt li żar din l-attività flimkien mas-Sinjura Vella, il-President George Vella esprima  sodisfazzjon għal din l-inizjattiva maħsuba mhux biss biex tiżviluppa l-ħiliet tat-tfal fit-tisjir iżda  wkoll biex tgħallimhom juru rispett lejhom infushom u jaħsbu aktar fil-komunità ta’ madwarhom.  

Il-President u s-Sinjura Vella waqt li segwew il-proċess sħiħ tat-tisjir u t-tiżjin ta’ dawn il-pasti,  irringrazzjaw lil Thomas Franks Ltd tal-koperazzjoni tagħhom u awguraw li l-proġett jitkompla  b’suċċess fis-sena li ġejja. 

Sport