Inizjamed se ttella’ s-sbatax-il edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta, li se tikkonkludi b’żewġt iljieli fil-Forti Sant’Iermu, il-Belt Valletta.
Il-Mediterran se jservi biex ilaqqa’ tmien awturi minn oriġni varji, mill-istess baħar u lil hinn. Healthylicious by Stef u Kixott se jipprovdu l-ikel u x-xorb waqt li Mallia & D’Amato se jipprovdu l-kotba tal-awturi mistiedna u oħrajn.
L-awturi mistiedna għall-edizzjoni ta’ dan il-Festival huma Jacobo Bergareche, Antoinette Borg, Bella Cox Aleks Farrugia, Adrian Grima, Julia Musakovska, Claudio Pozzani u Lamis Saidi. Il-bands The Velts u The New Victorians se jdoddu l-Ġimgħa u s-Sibt rispettivament. Band immexxija minn Effie Azzopardi se tkun residenti waqt iż-żewġt iljieli.
Biljetti jistgħu jinkisbu minn www.showshappening.com. Biljett għal lejla waħda jiswa €7 waqt li biljett għaż-żewġt iljieli jiswa €10. Xi kitbiet jistgħu jkunu maħsuba għal udjenza matura. Dan l-avveniment huwa multlingwi – il-qari se jkun l-aktar bil-Malti u bl-Ingliż, imma jinqraw ukoll xi xogħlijiet qosra bil- lingwa oriġinali li nkitbu.
Inizjamed qed ittella’ dan il-Festival bl-appoġ ġ tal-Kunsill Malti għall-Arti. Il-Festival qed jikkollabora wkoll ma’ Creative Europe Desk – Malta, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Heritage Malta u Literature Across Frontiers. Dan il-Festival huwa rikonoxxut internazzjonalment permezz tat-timbru tal-EFFE Europe for Festivals, Festivals for Europe. Il-Festival huwa msieħeb ukoll fil-proġett Ir-Rotta tal-Feniċi tal-Kunsill tal- Ewropa u Ulysses’ Shelter tal-Ewropa Kreattiva.
Miguel Calleja (Panda) ddisinja l-logo tal-Festival u l-materjal promozzjonali l-ieħor.
Bħala parti mill-Festival, Antoinette Borg se tagħti workshops online mal-istudenti ta’ SkolaSajf, waqt li Adrian Grima qasam xogħlijiet tiegħu mar-residenti ta’ ċentru tal-anzjani. Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Awwissu se tittella’ attività On the Border of Conflict, li se tibda b’intervista bejn David Schembri u Jacobo Bergareche, ir-rebbieħ tal-Premju tal-Letteratura għall-Unjoni Ewropea u li ngħata wkoll għotja speċjali. Wara se jkun hemm diskussjoni mmexxija minn James Debono (Malta Today) u tliet awturi mistiedna tal- Festival, li se jiddiskutu kif il-kunflitt jaffettwa l-letteratura u l-lingwa. L-għada, nhar il-Ħamis, 25 ta’ Awwissu, Bella Cox se tagħti masterclass ta’ ġurnata fuq il-kitba tal-poeżija bl-isem The Golden Shovel Poem. Filgħaxija, il-pubbliku se jkollu ċans iberrraħ xogħlu fil-Forti Sant’Iermu waqt il-Palk Ħieles.
Aktar tagħrif jinsab fuq il-paġ na tal-Facebook ta’ Inizjamed (www.facebook.com/inizjamed), l-attività “Festival Mediterranju tal-Letteratura 2022” fuq Facebook, u fuq is-sit www.inizjamed.org.