Matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa twaħħlet struttura oħra tal-ħadid li tifforma parti mill-flyover tal-Imsida Creek.
Waqt li ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett qal li l-proġett jinsab miexi b’ritmu pożittivi.
Il-Ministru Bonett żied jgħid li beda wkoll ix-xogħol fuq il-ħolqien ta’ kanal li se jtaffi l-problema tal-għargħar.