Ritratt – ROGER AZZOPARDI
Ilbieraħ, grupp ta’ avukati Għawdxin, kollettivament waqqfu l-Kamra tal-Avukati (Għawdex) bl-isem ta’ Avukati Għawdex.
Dan l-iżvilupp qiegħed iseħħ fl-isfond “tas-sitwazzjoni li fil-preżent jinsab il-Qorti f’Għawdex fejn minkejja li l-avukati jinsabu għaddejjin b’azzjoni kollettiva u mhux qed jattendu għas-seduti ffissati, jidher li s-sitwazzjoni fl-amministrazzjoni tal-Qorti baqgħet l-istess.”
F’waħda mill-ewwel stqarrijiet ta’ Avukati Għawdex, huma kkonfermaw li għall-ġimgħa li ġejja l-azzjonijiet li se jibqgħu fis-seħħ.