Wednesday, April 23, 2025

Tixjieħ inqas jekk tieħu nagħsa matul il-ġurnata!

Studju ġdid mill-Università ta’ Londra

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Studju ġdid mill-Università ta’ Londra jissuġerixxi li l-persuni li huma mdorrijin jieħdu nagħsa matul il-ġurnata għandhom moħħ aktar b’saħħtu. L-istudju analizza 373,932 persuna fl-etajiet ta’ bejn l-40 u d-69 sena u sab li jkun hemm bejn 2.6 sa 6.5 snin inqas ta’ xjuħija fil-moħħ jekk, b’mod regolari, persuna torqod ftit ta’ ħin matul il-ġurnata. 

Hawn ingħatat ħarsa lejn xejn inqas minn 92 varjanti ġenetiċi bejn persuni li jieħdu nagħsa u dawk li le. 

Dott Penelope Lewis mill-Università ta’ Cardiff f’kumment li tat lill-Medical News Today qalet li, “l-irqad juri li huwa importanti biex jintrema’ materjal tossiku mill-moħħ u għaldaqstant iżomm il-moħħ b’saħħtu”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport