Saturday, December 21, 2024

Tiżdied il-preżenza tal-pulizija fuq il-karozzi tal-linja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ftehim ta’ kollaborazzjoni l-Malta Public Transport u l-Pulizija ta’ Malta

Malta Public Transport u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta ffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni bil-għan li jtejbu s-sigurtà pubblika u s-sigurtà fit-trasport pubbliku b’żieda fil-preżenza tal-pulizija. Din il-kollaborazzjoni se tippermetti lill-uffiċjali tal-pulizija kollha jivvjaġġaw b’xejn fuq ir-rotot tal-karozzi tal-linja kollha billi jużaw it-Tallinja Card tagħhom.

Bi preżenza u sorveljanza tal-pulizija ffokati f’żoni fejn l-aktar li jintużaw il-karozzi tal-linja, l-infurzar u l-prevenzjoni tal-kriminalità se jitjiebu permezz ta’ din il-kollaborazzjoni. Fl-istess waqt se jiżdied ukoll il-livell ta’ sigurtà kemm għall-passiġġieri tal-karozzi tal-linja, kif ukoll għall-impjegati ta’ Malta Public Transport.

Konrad Pulé, General Manager ta’ Malta Public Transport spjega li, “permezz ta’ din l-inizjattiva mhux biss qegħdin niffaċilitaw żieda fil-preżenza tal-pulizija fuq il-karozzi tal-linja tagħna, imma wkoll qegħdin noffru inċentivi li jsaħħu l-użu tat-trasport pubbliku bħala mezz ta’ vjaġġar li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent”. 

Huwa qal li l-Malta Public Transport qegħdin kontinwament jistinkaw biex inaqqsu l-impatt ambjentali u biex joħolqu ambjent li jkun aktar nadif, aktar effiċjenti u inqas imniġġeż. Għaldaqstant, kollaborazzjonijiet bħal dawn mhux biss jgħinu lill-passiġġieri tal-karozzi tal-linja direttament, iżda jgħinu wkoll lill-komunità billi jnaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku.

Min-naħa tiegħu l-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, qal li l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u Malta Public Transport għandhom bażi komuni għas-servizz tal-pubbliku, li din il-kollaborazzjoni formali hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha u li se tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoni eċċellenti bil-għan li jtejbu s-servizz tagħhom lill-pubbliku.

Din il-kollaborazzjoni strateġika tinkludi wkoll impenn biex titqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà fit-toroq permezz ta’ kampanji kollaborattivi ta’ għarfien bejn Malta Public Transport u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Ekonomija

Sport